-
Att dwar is-Servizzi Diġitali
-
Din il-paġna tinkludi informazzjoni relevanti għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE) (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (id-DSA)).
-
Punt ta' Kuntatt Deżinjat
Skont l-Artikoli 11 u 12 tad-DSA, il-Kap tal-Konformità għad-DSA nħatar bħala l-punt ta' kuntatt ta' Apple għall-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali, u ma' dawk li jirċievu s-servizz. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru bl-Ingliż.
Portal tal-Avviżi u l-Azzjonijiet
Skont l-Artikolu 16 tad-DSA, ir-rappreżentanti tal-gvern, is-sinjalaturi fdati, u l-pubbliku ġenerali jistgħu jużaw il-Portal tal-Avviżi u l-Azzjonijiet biex jippreżentaw avviżi dwar il-kontenut illegali fuq l-App Store, Apple Books, u l-abbonamenti bi ħlas ta' Apple Podcasts, u fil-Ħażna ta’ iCloud.
Ippreżenta Avviż ta' Rapport dwar il-Kontenut
Repożitorju tar-Reklamar fuq l-App Store
Skont l-Artikolu 39 tad-DSA, dan ir-repożitorju fih informazzjoni dwar ir-reklamar li twassal Apple fuq l-App Store fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea.
Żur ir-Repożitorju tar-Reklamar ta' Apple
Għażliet ta' Rimedju
Skont id-DSA riċevituri tal-App Store, Apple books (kotba elettroniċi), u servizzi ta’ Abbonament tal-Apple Podcasts huma intitolati li jirċievu informazzjoni dwar għażliet ta’ rimedju disponibbli b’rabta ma’ ċerti deċiżjonijiet meħuda minn Apple. Sir af aktar dwar l-għażliet ta’ rimedju hawn
Rapporti ta' Trasparenza tad-DSA
Skont l-obbligi ta' rappurtar ta' trasparenza fid-DSA u l-impenn ta' Apple għat-trasparenza, dawn ir-rapporti jipprovdu informazzjoni dwar il-funzjonament tal-App Store, Apple Books (kotba elettroniċi), Abbonamenti tal-Apple Podcasts, u l-Ħażna tal-iCloud.
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | App Store | 10/2023
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | App Store | 04/2024
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | App Store | 08/2024
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | App Store | 02/2025
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | App Store | 08/2025
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | Apple Books (kotba elettroniċi) | Frar 2025
Ara r-Rapport ta’ Trasparenza tad-DSA | Ħażna tal-iCloud | Frar 2025
Ara r-Rapport ta' Trasparenza tad-DSA | Abbonamenti tal-Apple Podcasts | Frar 2025
Rapport dwar ir-Riċevituri Ewropej tas-Servizzi
F'konformità mal-Artikolu 24(2) tad-DSA, ir-riċevituri tar-rapport dwar is-servizzi jinkludi n-numru ta’ riċevituri attivi medji ta’ kull xahar fl-UE ta’ servizzi intermedjarji fl-ambitu ta’ dak l-Artikolu, ikkalkolati bħala medja fuq il-perjodu tal-aħħar sitt xhur.
Valutazzjoni tar-Riskju tad-DSA
Skont l-Artikoli 34 u 35 tad-DSA, dan ir-rapport jistabbilixxi r-riżultati tal-valutazzjoni annwali ta’ Apple tar-riskji sistemiċi li joriġinaw mid-disinn, il-funzjoni jew l-użu tal-App Stores fl-UE, kif ukoll il-valutazzjoni tagħha tal-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju li waqqfet biex tindirizza dawk ir-riskji.
Ara l-Valutazzjoni tar-Riskju tad-DSA | App Store | Awwissu 2023
Ara l-Valutazzjoni tar-Riskju tad-DSA | App Store | Awwissu 2024
Rapport tal-Awditu tad-DSA
Skont l-Artikolu 37 tad-DSA, dan ir-rapport jistabbilixxi r-riżultati tal-awditu indipendenti annwali tal-obbligi tal-App Store skont il-Kapitolu III tad-DSA.
Ara r-Rapport tal-Awditu tad-DSA | App Store | Awwissu 2024
Rapport ta’ Implimentazzjoni tal-Awditu tad-DSA
Skont l-Artikolu 37(6) tad-DSA, dan ir-rapport jistabbilixxi l-miżuri li Apple ħadet biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet operazzjonali (magħrufa bħala “miżuri speċifiċi”) speċifikati fir-Rapport tal-Awditu tad-DSA ta’ Awwissu 2024.
Ara r-Rapport ta’ Implimentazzjoni tal-Awditu tad-DSA | App Store | Awwissu 2024