-
Termini u Kundizzjonijiet tas-Servizzi tal-Midja ta’ Apple
-
-
Dawn it-termini u kundizzjonijiet joħolqu kuntratt bejnek u bejn Apple (il-“Ftehim”). Jekk jogħġbok aqra l-Ftehim b’attenzjoni.
WERREJ
A. INTRODUZZJONI
B. ĦLASIJIET, TAXXI, U RIFUŻJONIJIET
C. KONT
D. PRIVATEZZA
E. AĊĊESSIBBILTÀ
F. REGOLI DWAR IS-SERVIZZI U L-UŻU TAL-KONTENUT
G. TERMINAZZJONI U SOSPENSJONI TAS-SERVIZZI
H. TNIŻŻIL
I. ABBONAMENTI
J. DISPONIBBILTÀ TAL-KONTENUT U S-SERVIZZ
K. APPARATI U TAGĦMIR TA’ PARTIJIET TERZI
L. APPOĠĠ TAL-KLIJENT
M. L-ABBONAMENTI TIEGĦEK GĦAS-SERVIZZI TAGĦNA
N. FAMILY SHARING
O. SEASON PASS U MULTI-PASS
P. TERMINI ADDIZZJONALI TAL-APP STORE
Q. TERMINI ADDIZZJONALI GĦALL-APP STORE, APPLE BOOKS, APPLE PODCASTS U GĦAŻLA TA’ KONTENUT
R. TERMINI ADDIZZJONALI TA’ APPLE MUSIC
S. TERMINI ADDIZZJONALI TA’ APPLE FITNESS+
T. SĦUBIJA TA’ RIVENDITUR
U. IMĦALLTA TERMINI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI KOLLHA
A. INTRODUZZJONI
Dan il-Ftehim jirregola l-użu tiegħek tas-servizzi ta’ Apple (“Servizzi”) li permezz tagħhom tista’ tixtri, tikseb, tilliċenzja, tikri jew tabbona għal kontenut, Applikazzjonijiet (kif definit hawn taħt), u servizzi oħra fl-applikazzjonijiet (kollettivament, “Kontenut”). Il-Kontenut jista’ jiġi offrut permezz tas-Servizzi minn Apple jew minn parti terza. Eżempji ta’ Servizzi jinkludu, fejn disponibbli, App Store, Abbonamenti (kif definit hawn taħt), Apple Arcade, Apple Books, Apple Fitness+, Apple Games, Game Center, Apple Music, Apple News, Apple One, Apple Podcasts, Apple Sports, Apple TV, iTunes, u Shazam. Is-Servizzi tagħna huma disponibbli għall-użu tiegħek fil-pajjiż jew fit-territorju ta’ residenza tiegħek (“Pajjiż ta’ Residenza”), kif ukoll fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE ieħor li inti tinsab fih b’mod temporanju. Meta toħloq kont għall-użu tas-Servizzi f’pajjiż jew f’territorju partikolari, inti tkun qed tispeċifikah bħala l-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek. Biex tuża s-Servizzi tagħna, jeħtieġ li jkollok hardware u software kompatibbli (huwa rrakkomandat u xi kultant hija meħtieġa li tintuża l-aħħar verżjoni) u aċċess għall-Internet (jistgħu japplikaw xi tariffi). Il-prestazzjoni tas-Servizzi tagħna tista’ tiġi affettwata minn dawn il-fatturi.
B. ĦLASIJIET, TAXXI, U RIFUŻJONIJIET
Tista’ tikseb Kontenut fuq is-Servizzi tagħna bla ħlas jew bi ħlas, li t-tnejn li huma jissejħu “Tranżazzjoni”. Permezz ta’ kull Tranżazzjoni, inti tikseb liċenzja biex tuża l-Kontenut biss. Kull Tranżazzjoni hija kuntratt elettroniku bejnek u bejn Apple, u/jew bejnek u bejn l-entità li tipprovdi l-Kontenut fuq is-Servizzi tagħna. Madankollu, jekk inti klijent ta’ Apple Distribution International Ltd. jew ta’ Apple Services Pte. Ltd., allura dik l-entità hija l-bejjiegħ uffiċjali għall-Kontenut li inti tikseb minn Apple Books, Apple Podcasts, jew mill-App Store kif muri fuq il-paġna tal-prodott u/jew matul il-proċess ta’ akkwiżizzjoni għas-Servizz rilevanti. F’każ bħal dan, inti takkwista l-Kontenut mingħand Apple Distribution International Ltd. jew mingħand Apple Services Pte. Ltd., kif applikabbli, li huwa liċenzjat mill-fornitur tal-Kontenut (eż., Fornitur tal-App (kif definit hawn taħt), pubblikatur tal-kotba, eċċ.). Meta tagħmel l-ewwel Tranżazzjoni tiegħek, se nitolbuk tagħżel kemm ta’ spiss għandna nitolbuk il-password tiegħek għal Tranżazzjonijiet futuri. Fuq il-hardware tal-Apple applikabbli, jekk tattiva t-Touch ID għat-Tranżazzjonijiet, se nitolbuk tawtentika t-Tranżazzjonijiet kollha bil-marka tas-swaba’ tiegħek, u jekk tattiva l-Face ID għat-Tranżazzjonijiet, se nitolbuk tawtentika t-Tranżazzjonijiet kollha billi tuża r-rikonoxximent tal-wiċċ. Immaniġġja s-settings tal-password tiegħek fi kwalunkwe ħin billi ssegwi dawn l-istruzzjonijiet: https://support.apple.com/HT204030.
Apple se tiddebita l-metodu ta’ ħlas magħżul minnek għal kull Tranżazzjoni mħallsa, inkluż kwalunkwe taxxa applikabbli. Jekk żidtu wkoll mal-Apple Wallet tiegħek, Apple tista’ tiddebita l-metodu ta’ ħlas magħżul minnek fl-Apple Wallet bl-użu ta’ Apple Pay. Tista’ tassoċja bosta metodi ta’ ħlas mal-Kont tiegħek ta’ Apple, u inti taqbel li Apple tista’ taħżen u tiddebita dawk il-metodi ta’ ħlas għat-Tranżazzjonijiet. Il-metodu ta’ ħlas primarju tiegħek jidher fuq nett tal-paġna tal-ħlasijiet fis-settings tal-kont tiegħek.
Jekk il-metodu ta’ ħlas primarju ma jistax jiġi ddebitat għal kwalunkwe raġuni (bħal fondi skaduti jew nuqqas ta’ fondi), inti tawtorizza lil Apple biex tipprova tiddebita l-metodi ta’ ħlas eliġibbli l-oħra tiegħek f’ordni minn fuq sa isfel kif jidhru fuq il-paġna tal-ħlasijiet fis-settings tal-kont tiegħek. Jekk ma nistgħux niddebitawk, inti tibqa’ responsabbli għal kwalunkwe ammont mhux miġbur, u aħna nistgħu nippruvaw nerġgħu niddebitawk jew nitolbuk biex tipprovdi metodu ta’ ħlas ieħor. Jekk tordna l-Kontenut minn qabel, se tiġi ddebitat meta l-Kontenut jasal għandek (sakemm ma tikkanċellax qabel ma l-Kontenut isir disponibbli). Skont il-liġi lokali, Apple tista’ awtomatikament taġġorna l-informazzjoni tal-ħlas tiegħek rigward il-metodi ta’ ħlas tiegħek jekk tali informazzjoni tkun ipprovduta min-networks tal-ħlas jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji tiegħek. It-termini relatati ma’ kreditu tal-ħanut u kards/kodiċijiet li jissarfu f’rigal huma disponibbli hawnhekk https://www.apple.com/legal/internet-services/itunes/giftcards/. Għal aktar dettalji dwar kif jintalab il-ħlas għat-Tranżazzjonijiet, jekk jogħġbok żur http://support.apple.com/HT201359. Inti taqbel li tinħareġ irċevuta tal-fatturi kollha f’format elettroniku, li jista’ jinkludi email. Il-prezzijiet tal-kontenut jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin. Jekk ikun hemm problemi tekniċi li jipprevjenu milli jitwassal il-Kontenut jew idewmu t-twassil tiegħu b’mod mhux raġonevoli, jew jekk il-Kontenut ma jkunx ta’ kwalitá kif suppost, ir-rimedju esklussiv u uniku tiegħek huwa jew il-kunsinna mill-ġdid tal-Kontenut (jekk possibbli) jew ir-rifużjoni tal-prezz imħallas. Minn żmien għal żmien, Apple tista’ tissospendi jew tikkanċella l-ħlas jew tirrifjuta talba għal rifużjoni jekk insibu evidenza ta’ frodi, abbuż, jew imġiba illegali jew manipulattiva oħra li tintitola lil Apple għal kontrotalba korrispondenti.
Dritt ta’ rtirar: Jekk tagħżel li tikkanċella l-ordni tiegħek, tista’ tagħmel dan fi żmien erbatax-il (14) jum minn meta tkun irċevejt l-irċevuta tiegħek mingħajr ma tagħti l-ebda raġuni.
Biex tikkanċella l-ordni tiegħek, trid tinfurmana bid-deċiżjoni tiegħek. Biex niżguraw ipproċessar immedjat, nirrakkomandaw li tuża Irrapporta Problema biex tikkanċella l-oġġetti kollha bl-eċċezzjoni ta’ Complete My Season, li jista’ jiġi kkanċellat billi tikkuntattja lil Apple Support. Is-servizzi tal-abbonament jistgħu jiġu kkanċellati biss wara abbonament inizjali u mhux ma’ kull tiġdid awtomatiku. Għandek anke d-dritt li tinfurmana billi tuża l-mudell tal-formola ta’ rtirar t’hawn taħt jew billi tagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni ċara oħra. Jekk tuża Irrapporta Problema aħna nikkonfermawlek li rċevejna l-irtirar tiegħek mingħajr dewmien.
Biex tilħaq id-data tal-iskadenza tal-irtirar, trid tikkomunika l-irtirar tiegħek qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ erbatax-il (14) jum.
Effetti tal-irtirar: Aħna noħorġulek rimborż mhux aktar tard minn erbatax-il (14) jum mill-jum minn meta nkunu rċevejna l-avviż ta’ rtirar min-naħa tiegħek. Aħna se nużaw l-istess mezz ta’ ħlas li tkun użajt int għat-Tranżazzjoni, u inti mhux se teħel ħlas għal dan ir-rimborż.
Eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar: Ma tistax tikkanċella l-ordni tiegħek għall-provvista ta’ Kontenut jekk dan laħaq sar disponibbli fuq it-talba u r-rikonoxximent tiegħek li b’hekk titlef id-dritt ta’ rtirar tiegħek.
Mudell tal-formola tal-irtirar:
- Lil Apple Distribution International Ltd., iTunes Store Customer Support, Hollyhill Industrial Estate, Hollyhill, Cork, ir-Repubblika tal-Irlanda, rightofwithdrawal@apple.com:
- B’dan qed navża li qed nirtira mill-kuntratt tiegħi għal dan li ġej:
[DAĦĦAL L-ID TAL-ORDNI, L-OĠĠETT, L-ARTIST U T-TIP]
- Ordnat nhar [DAĦĦAL ID-DATA] / irċevut nhar [DAĦĦAL ID-DATA]
- Isem il-konsumatur
- L-indirizz tal-konsumatur
- L-indirizz elettroniku tal-konsumatur
- Id-data
C. KONT
L-użu tas-Servizzi tagħna u l-aċċess għall-Kontenut tiegħek jistgħu jeħtieġu Kont ta’ Apple. Kont ta’ Apple (preċedentement imsejjaħ Apple ID) huwa l-kont li tuża fl-ekosistema ta’ Apple. L-użu tal-Game Center huwa soġġett għal dan il-Ftehim u jeħtieġ ukoll kont ta’ Game Center. Il-kont tiegħek huwa prezzjuż, u inti responsabbli li żżommu kunfidenzjali u sigur. Apple mhix responsabbli għal kwalunkwe telf li jirriżulta mill-użu mhux awtorizzat tal-kont tiegħek. Jekk jogħġbok ikkuntattja lil Apple jekk tissuspetta li l-kont tiegħek ġie kompromess.
Irid ikollok tlettax-il sena (13) (jew età minima ekwivalenti fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek, kif stabbilit fil-proċess tal-ħolqien tal-Kont ta’ Apple) biex toħloq kont u tuża s-Servizzi tagħna. Kontijiet ta’ Apple għal persuni taħt din l-età jistgħu jinħolqu minn ġenitur jew kustodju legali billi tintuża l-funzjonalità Family Sharing jew permezz ta’ istituzzjoni edukattiva approvata, għalkemm ċerti apparati jistgħu jipprevjenu lil Kontijiet bħal dawn ta’ Apple milli jaċċessw ċerti Servizzi fuq l-apparat. Ġenitur jew kustodju legali li se joħloq kont għal minorenni jrid jaqra dan il-Ftehim mal-minorenni biex jiġi żgurat li t-tnejn li huma jifhmuh.
Tista’ żżid, tinnotifika jew tneħħi Kuntatt ta’ Legat mill-Kont ta’ Apple tiegħek kif deskritt f’http://support.apple.com/HT212360. L-aċċess ta’ Kuntatt ta’ Legat għall-Kont ta’ Apple tiegħek huwa limitat kif deskritt f’http://support.apple.com/HT212361.
D. PRIVATEZZA
L-użu tiegħek tas-Servizzi tagħna huwa soġġett għall-Politika ta’ Privatezza ta’ Apple, li hija disponibbli fuq https://www.apple.com/legal/privacy/.
E. AĊĊESSIBBILTÀ
Biex issir taf dwar il-karatteristiċi tal-aċċessibbiltà u informazzjoni oħra relatata mal-aċċessibbiltà tas-Servizzi, żur https://www.apple.com/accessibility/labels.
F. REGOLI DWAR IS-SERVIZZI U L-UŻU TAL-KONTENUT
L-użu li tagħmel mis-Servizzi u l-Kontenut għandu jsegwi r-regoli stabbiliti f’din it-taqsima (“Regoli dwar l-Użu”). Kwalunkwe użu ieħor tas-Servizzi u l-Kontenut huwa ksur materjali ta’ dan il-Ftehim. Apple tista’ tissorvelja l-użu li tagħmel mis-Servizzi u l-Kontenut biex taċċerta li qed issegwi dawn ir-Regoli dwar l-Użu.
Is-Servizzi Kollha:
- Tista’ tuża s-Servizzi u l-Kontenut għal skopijiet personali biss u mhux kummerċjali (ħlief kif stabbilit fit-taqsima tal-Kontenut tal-App Store hawn taħt jew kif speċifikat mod ieħor minn Apple).
- L-għoti ta’ Servizzi jew Kontenut ta’ Apple ma jittrasferixxilek l-ebda dritt ta’ użu kummerċjali jew promozzjonali, u ma jikkostitwixxix għotja jew rinunzja ta’ kwalunkwe dritt tas-sidien tad-drittijiet tal-awtur.
- Tista’ tuża Kontenut minn sa ħames (5) Kontijiet ta’ Apple differenti fuq kull apparat.
- Għal kwalunkwe Servizz, jista’ jkollok sa għaxar (10) apparati (iżda massimu ta’ ħames (5) kompjuters biss) irreġistrati bil-Kont ta’ Apple tiegħek f’daqqa, għalkemm streams jew tniżżil simultanju tal-Kontenut jista’ jkun limitat għal għadd aktar baxx ta’ apparati kif stabbilit aktar ’l isfel taħt kontenut ta’ Apple Music u Apple TV. Kull kompjuter irid ikun awtorizzat ukoll bl-użu tal-istess Kont ta’ Apple (biex issir taf aktar dwar l-awtorizzazzjoni tal-kompjuters, żur https://support.apple.com/HT201251). L-apparati jistgħu jkunu assoċjati ma’ Kont differenti ta’ Apple darba kull disgħin (90) jum.
- Ma tistax timmanipula l-għadd ta’ viżwalizzazzjonijiet, tniżżil, klassifikazzjonijiet, jew reviżjonijiet bi kwalunkwe mezz — bħal (i) bl-użu ta’ bot, script, jew proċess awtomatizzat; jew (ii) bl-għoti jew l-aċċettazzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ kumpens jew inċentiv.
- Inti ma tista tuża l-ebda software, apparat, proċess awtomatizzat, jew kwalunkwe proċess manwali simili jew ekwivalenti biex tobrox, tikkopja, jew twettaq kejl, analiżi, jew monitoraġġ ta’ kwalunkwe porzjon tal-Kontenut jew tas-Servizzi.
- Hija r-responsabbiltà tiegħek li ma titlifx, ma teqridx jew li ma tagħmel ebda ħsara lill-Kontenut ladarba jitniżżel. Inħeġġuk tagħmel backup tal-Kontenut tiegħek regolarment.
- Inti ma tistax tbagħbas jew tevadi xi teknoloġija tas-sigurtà inkluża mas-Servizzi jew mal-Kontenut.
- Tista’ taċċessa s-Servizzi tagħna bl-użu ta’ software ta’ Apple biss, u ma tistax timmodifika jew tuża verżjonijiet modifikati ta’ tali software.
- Tista’ tikkonsulta l-paġna tal-prodott għal kull Servizz jew Applikazzjoni ta’ Parti Terza fl-App Store biex tiddetermina l-kompatibbiltà.
- Il-Kontenut b’Vidjow jeħtieġ konnessjoni HDCP.
Bejgħ u Kiri ta’ Kontenut b’Awdjo u b’Vidjow:
- Tista’ tuża Kontenut mingħajr Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali (DRM, Digital Rights Management) fuq għadd raġonevoli ta’ apparati kompatibbli li għandek jew li tikkontrolla. Kontenut protett bid-DRM jista’ jintuża fuq massimu ta’ ħames (5) kompjuters u fuq kull apparat li tissinkronizza miegħu minn dawk il-kompjuters.
- Tista’ tara Kontenut mikri fuq apparat wieħed kull darba, u għandek tarah fi żmien tletin (30) jum, u tlestih fi żmien tmienja u erbgħin (48) siegħa minn meta tibdih (il-waqfien, il-pawżi jew il-bidu mill-ġdid ma jtawlux dan il-perjodu).
- Tista’ tirrekordja playlist awdjo ta’ mużika mixtrija fuq disk għal skopijiet ta’ smigħ għal massimu ta’ seba’ (7) darbiet; din il-limitazzjoni ma tapplikax għal Kontenut mingħajr DRM. Kontenut ieħor ma jistax jiġi rrekordjat fuq disk. Tista’ tuża d-disk li użajt għar-rekordjar tal-Kontenut tiegħek bl-istess mod li tuża disk mixtri minn ħanut tal-bejgħ bl-imnut, soġġett għal-liġijiet lokali dwar id-drittijiet tal-awtur.
- Il-Kontenut mixtri ġeneralment jibqa’ disponibbli għalik biex tniżżlu, tniżżlu mill-ġdid, jew taċċessah b’xi mod ieħor minn Apple. Għalkemm huwa improbabbli, wara x-xiri tiegħek, il-Kontenut jista’ jitneħħa mis-Servizzi u ma jkunx disponibbli għal aktar tniżżil jew aċċess minn Apple (pereżempju, minħabba li Apple titlef id-dritt tagħha mingħand il-fornitur tal-Kontenut li jagħmlu disponibbli). Biex naċċertaw li tkun tista’ tkompli tgawdi l-Kontenut, inħeġġuk tniżżel il-Kontenut kollu mixtri f’apparat li għandek fil-pussess tiegħek u biex tagħmel backup tiegħu.
Kontenut tal-App Store:
- It-terminu “Applikazzjonijiet” jinkludi applikazzjonijiet u Clips tal-Applikazzjonijiet għal kwalunkwe pjattaforma u/jew sistema operattiva ta’ Apple, inkluż kwalunkwe xiri li jsir fl-applikazzjonijiet, estensjonijiet (bħal tastiera), stickers, u Abbonamenti li jkunu disponibbli f’tali applikazzjonijiet jew Clips tal-Applikazzjonijiet.
- Individwi li jaġixxu f’isem intrapriża kummerċjali, organizzazzjoni governattiva jew istituzzjoni edukattiva (“Intrapriża”) jistgħu jniżżlu u jissinkronizzaw Applikazzjonijiet mhux tal-Arcade għall-użu minn (i) individwu wieħed fuq apparat wieħed (1) jew aktar li huma proprjetà ta’, jew ikkontrollati minn, Intrapriża; jew (ii) diversi individwi fuq apparat wieħed kondiviż li huwa proprjetà ta’, jew ikkontrollat minn, Intrapriża. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, kull apparat użat f’serje jew kollettivament minn diversi utenti jeħtieġ liċenzja separata.
Apple Music:
- Sħubija Individwali ta’Apple Music tippermettilek tisma’ l-mużika fuq apparat wieħed kull darba; sħubija tal-Familja tippermetti lilek jew lill-membri tal-Familja tiegħek biex tisimgħu l-mużika fuq massimu ta’ sitt (6) apparati f’daqqa.
Apple Arcade:
- L-Applikazzjonijiet ta’ Apple Arcade jistgħu jitniżżlu, jew jitniżżlu mill-ġdid, bi prova jew Abbonament validi ta’ Apple Arcade.
- Jekk l-Abbonament tiegħek jintemm, l-Applikazzjonijiet imniżżla permezz ta’ Apple Arcade ma jibqgħux aċċessibbli għalik.
Kontenut ta’ Apple TV:
- Għall-biċċa l-kbira tal-kanali, tista’ taċċessa Kontenut b’vidjow fuq massimu ta’ tliet (3) apparati fl-istess ħin.
-Sir af aktar dwar ir-Regoli dwar l-Użu tal-Kontenut ta’ Apple TV fuq https://support.apple.com/HT210074.
G. TERMINAZZJONI U SOSPENSJONI TAS-SERVIZZI
Jekk tonqos milli tikkonforma mal-obbligi essenzjali tiegħek f’dan il-Ftehim, bħall-obbligu ta’ ħlas tiegħek jew l-obbligi stabbiliti fit-taqsimiet “IS-SOTTOMISSJONIJIET TIEGĦEK GĦAS-SERVIZZI TAGĦNA” jew “KONT”, jew fil-każ ta’ frodi, Apple tista’: (i) ttemm dan il-Ftehim u/jew il-Kont tiegħek ta’ Apple, u inti se tibqa’ responsabbli għall-ammonti kollha dovuti skont il-Kont tiegħek ta’ Apple sa, u inkluża, id-data tat-terminazzjoni; u/jew (ii) ittemm il-liċenzja tiegħek għas-software; u/jew (iii) tipprekludi l-aċċess tiegħek għas-Servizzi. Meta tiddeċiedi jekk ittemmx jew tissospendix l-aċċess tiegħek għas-Servizzi, Apple se tqis firxa ta’ fatturi, inkluża s-serjetà tan-nuqqas tiegħek u jekk preċedentement inqastx milli tikkonforma ma’ dan il-Ftehim.
Barra minn hekk, Apple tirriżerva d-dritt li timmodifika, tissospendi, jew twaqqaf is-Servizzi (jew kwalunkwe parti jew Kontenut tagħhom) fi kwalunkwe ħin għal raġunijiet tekniċi jew operattivi, u Apple ma jkollha l-ebda responsabbiltà lejk jew lejn kwalunkwe parti terza jekk teżerċita dawn id-drittijiet. Sa fejn ikun possibbli, Apple twissik minn qabel dwar kwalunkwe modifika, sospensjoni jew twaqqif tas-Servizz. Il-modifika, is-sospensjoni, jew il-waqfien tas-Servizz mhux se jaffettwaw il-Kontenut li diġà akkwistajt u niżżilt. Madankollu, jista’ jkun li ma tkunx tista’ tawtorizza li l-Kontenut jintuża minn kompjuters addizzjonali. Jekk Apple twaqqaf Servizz li huwa Abbonament li inti diġà ħallast għalih, Apple toħroġlok rifużjoni.
H. TNIŻŻIL
Tista’ tkun limitat fl-ammont ta’ Kontenut li tista’ tniżżel, u xi Kontenut imniżżel jista’ jiskadi wara ċertu ammont ta’ żmien minn meta jitniżżel jew jintuża għall-ewwel darba. Ċertu Kontenut jista’ ma jkunx disponibbli biex jitniżżel.
Jaf tkun tista’ tniżżel mill-ġdid Kontenut li tkun ksibt qabel (“Niżżel mill-ġdid”) għall-apparati tiegħek li huma rreġistrati bl-istess Kont ta’ Apple (“Apparati Assoċjati”). Tista’ tara t-tipi ta’ Kontenut disponibbli għat-Tniżżil mill-ġdid fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek fuq https://support.apple.com/HT204632. Il-kontenut jista’ ma jkunx disponibbli biex jitniżżel mill-ġdid jekk dak il-Kontenut ma jibqax offrut fuq is-Servizzi tagħna.
Il-Kontenut jista’ wkoll jitneħħa mis-Servizzi tagħna fi kwalunkwe ħin (pereżempju, minħabba li Apple titlef id-dritt tagħha mingħand il-fornitur tal-Kontenut li jagħmlu disponibbli), u wara dan ma jistax jitniżżel, jitniżżel mill-ġdid jew jiġi aċċessat b’xi mod ieħor minn Apple. Inħeġġuk tagħmel backup tal-Kontenut tiegħek regolarment.
I. ABBONAMENTI
Is-Servizzi u ċerti Applikazzjonijiet jistgħu jippermettulek taċċessa l-Kontenut jew is-Servizzi abbażi ta’ abbonament (“Abbonamenti”). L-Abbonamenti jiġġeddu awtomatikament sakemm jiġu kkanċellati fit-taqsima Immaniġġja l-Abbonamenti fis-settings tal-kont tiegħek. Biex issir taf aktar dwar kif tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li tikkanċella l-Abbonamenti tiegħek, żur https://support.apple.com/HT202039.
Inti tkun notifikat sew minn qabel jekk il-prezz ta’ Abbonament jiżdied u, fejn applikabbli, ikun meħtieġ il-kunsens tiegħek biex dan jitkompla. Inkella, se tapplika ż-żieda fil-prezz sakemm ma tikkanċellax dak l-Abbonament. Il-prezz tal-abbonament tal-Abbonamenti offruti minn Apple bħala fornitur tal-Kontenut (“Abbonamenti ta’ Apple”) jista’ jiżdied minħabba l-liċenzjar tal-kontenut, l-infrastruttura teknika, ix-xogħol, it-taxxi, il-kambju tal-munita, jew żidiet oħra ta’ spejjeż operattivi jew bidliet fil-kuntest ekonomiku.
Sakemm ma tikkanċellax Abbonament, inti tiġi ddebitat mhux aktar minn erbgħa u għoxrin (24) siegħa qabel il-bidu tal-aħħar perjodu ta’ Abbonament. Jekk ma nkunux nistgħu niddebitaw il-metodu ta’ ħlas tiegħek għal kwalunkwe raġuni (bħal skadenza ta’ fondi jew nuqqas ta’ fondi), u inti ma kkanċellajtx l-Abbonament, inti tibqa’ responsabbli għal kwalunkwe ammont mhux miġbur, u aħna nippruvaw niddebitaw il-metodu ta’ ħlas meta taġġorna l-informazzjoni dwar il-metodu ta’ ħlas tiegħek. Dan jista’ jirriżulta f’bidla fil-bidu tal-perjodu tal-Abbonament tiegħek li jmiss u jista’ jibdel id-data tal-fatturazzjoni għal kull perjodu, kif muri fuq l-irċevuta tiegħek. Ċerti Abbonamenti jistgħu joffru prova bla ħlas qabel ma jiġi ddebitat il-metodu ta’ ħlas tiegħek. Jekk tiddeċiedi li twaqqaf l-abbonament minn Abbonament qabel ma nibdew niddebitaw il-metodu ta’ ħlas tiegħek, ikkanċella l-Abbonament mill-inqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa qabel ma tintemm il-prova bla ħlas. Jekk tibda prova bla ħlas għal Abbonament ta’ Apple u tikkanċellaha qabel ma tispiċċa, ma tistax terġa’ tattiva l-prova bla ħlas. Aħna nirriżervaw id-dritt li nikkanċellaw l-Abbonament tiegħek jekk ma taqbilx ma’ bidliet materjali fl-Abbonament li għalihom neħtieġu l-kunsens tiegħek, jew jekk ma nkunux nistgħu niddebitaw b’suċċess il-metodu ta’ ħlas tiegħek biex inġeddu l-Abbonament tiegħek.
Provi bla ħlas jew offerti bla ħlas għal Abbonamenti ta’ Apple, minbarra l-iCloud, ma jistgħu jiġu kkombinati mal-ebda prova jew offerta bla ħlas ta’ Apple One. Jekk għaddej bi prova bla ħlas jew offerta bla ħlas għal kwalunkwe Abbonament ta’ Apple, u tabbona għal Apple One, il-prova/i bla ħlas jew l-offerta/i bla ħlas tiegħek mhux se jiġu sospiżi anki jekk ikollok aċċess għal tali Abbonament(i) ta’ Apple permezz tal-Abbonament tiegħek ta’ Apple One. Inti tirrikonoxxi li l-prova bla ħlas jew l-offerta bla ħlas tiegħek tista’ tiskadi waqt li inti tkun abbonat għal Apple One, u Apple ma jkollha l-ebda obbligu li terġa’ tagħtik, tirrimborżak, jew tikkumpensak b’xi mod ieħor għal kwalunkwe parti ta’ din il-prova bla ħlas jew offerta bla ħlas skaduta. Meta jintemm l-Abbonament tiegħek għal kwalunkwe Servizz jew Kontenut, titlef l-aċċess għal kwalunkwe funzjonalità jew Kontenut ta’ dak is-Servizz li jeħtieġ Abbonament.
J. DISPONIBBILTÀ TAL-KONTENUT U S-SERVIZZ
Termini li jinsabu f’dan il-Ftehim relatati ma’ Servizzi, tipi ta’ Kontenut, karatteristiċi jew funzjonalità mhux disponibbli fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek mhumiex applikabbli għalik ħlief jekk u sakemm isiru disponibbli għalik. Biex tara t-tipi ta’ Kontenut disponibbli għalik fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek, mur fuq is-Servizzi jew żur https://support.apple.com/HT204411. Ċerti Servizzi u Kontenut disponibbli għalik fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek jistgħu ma jkunux disponibbli għalik meta tivvjaġġa barra mill-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek ħlief jekk meħtieġ mil-liġi.
K. APPARATI U TAGĦMIR TA’ PARTIJIET TERZI
Jista’ jkun li ma tkunx tista’ tuża s-Servizzi jew ċerti karatteristiċi tas-Servizzi meta taċċessahom fuq apparat li mhuwiex tad-ditta Apple. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-app store fuq l-apparat tal-parti terza tiegħek biex tiddetermina jekk is-Servizz huwiex appoġġjat. Barra minn hekk, ċerti Servizzi jistgħu jeħtieġu, jiddireġuk, jew jissuġġerulek li tuża tagħmir ta’ parti terza f’ċerti ċirkostanzi u/jew għal ċerti attivitajiet; tali użu huwa soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tali tagħmir u għandu jsir skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur applikabbli. Meta tuża s-Servizzi, inti taqbel li Apple tista’ tniżżel u tinstalla awtomatikament aġġornamenti żgħar fis-software tagħha fuq tagħmir ta’ parti terza minn żmien għal żmien.
L. APPOĠĠ TAL-KLIJENT
Jekk għandek mistoqsijiet dwar is-Servizzi tagħna, inkluż, pereżempju, dwar il-ħlas u l-Abbonamenti jew il-Kont tiegħek ta’ Apple, jekk jogħġbok żur https://getsupport.apple.com, fejn tista’ tikkuntattjana permezz tat-telefown, tal-email, jew ta’ chat wara li tagħżel il-problema l-aktar rilevanti għalik. Jekk tagħżel li titkellem magħna permezz taċ-chat, għandek l-għażla li tniżżel traskrizzjoni tal-konverżazzjoni tiegħek, li tkun tinkludi d-data u l-ħin ta’ meta seħħet il-konverżazzjoni.
Aħna nipprovdu appoġġ ġenerali għas-Servizzi kollha ħlief għall-App Store, li għalih japplika dan li ġej: Apple tipprovdi appoġġ għal kwalunkwe kwistjoni relatata mat-Tranżazzjoni, inklużi iżda mhux limitati għall-ħlas, l-għoti u r-rifużjonijiet; għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kontenut u l-funzjonalità ta’ Applikazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Fornitur tal-Applikazzjoni (kif muri fuq il-paġna tal-prodott tal-Applikazzjoni fl-App Store).
M. L-ABBONAMENTI TIEGĦEK GĦAS-SERVIZZI TAGĦNA
Is-Servizzi tagħna jistgħu jippermettulek tissottometti jew tippubblika materjali bħal kummenti, klassifikazzjonijiet u reviżjonijiet, ritratti, vidjows, u podcasts (inklużi metadata u xogħol artistiku assoċjati). L-użu li tagħmel minn dawn il-karatteristiċi għandu jikkonforma mal-Linji Gwida għas-Sottomissjonijiet t’hawn taħt, li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien, u jekk insiru nafu b’materjali li jiksru l-Linji Gwida għas-Sottomissjonijiet tagħna aħna se nneħħuhom. Jekk tara materjali li ma jikkonformawx mal-Linji Gwida tas-Sottomissjoni, inkluż kwalunkwe kontenut offensiv, abbużiv jew illegali, jekk jogħġbok għarrafna fuq reportaproblem.apple.com jew billi tikkuntattja Apple Support. Ħlief sal-punt ipprojbit mil-liġi, inti b’dan tagħti lil Apple liċenzja dinjija, ħielsa mir-royalties, mhux esklussiva biex tuża l-materjali li tissottometti fi ħdan is-Servizzi u l-kummerċjalizzazzjoni relatata kif ukoll biex tuża l-materjali li inti tissottometti għal skopijiet interni ta’ Apple. Apple tista’ tissorvelja u tiddeċiedi li tneħħi jew teditja kwalunkwe materjal sottomess, inkluż permezz ta’ filtri tal-kontenut awtomatizzati u/jew reviżjoni umana. Apple ma tissorveljax jew ma tivverifikax jekk użajtx Servizz jew jekk aċċessajtx xi Kontenut qabel ma tissottometti kumment, klassifikazzjoni, jew reviżjoni dwar dak is-Servizz jew Kontenut. Jekk Apple tneħħi l-materjali tiegħek minħabba li ma jikkonformawx mal-Linji Gwida għas-Sottomissjonijiet, hemm informazzjoni disponibbli dwar l-għażliet tiegħek ta’ rimedju fuq apple.com/legal/dsa/redress-options.
Il-Linji Gwida għas-Sottomissjonijiet: Ma tistax tuża s-Servizzi biex:
- tippubblika kwalunkwe materjali li (i) m’għandekx permess, dritt jew liċenzja biex tużahom, jew (ii) tikser id-drittijiet ta’ kwalunkwe parti terza;
- tippubblika jew tissottometti kontenut oġġezzjonabbli, offensiv, illegali, qarrieqi, mhux preċiż jew ta’ ħsara;
- tippubblika informazzjoni personali, privata jew kunfidenzjali li tappartjeni lil ħaddieħor;
- titlob informazzjoni personali mingħand minorenni;
- timponi jew tiddikjara b’mod ħażin l-affiljazzjoni tiegħek ma’ persuna jew entità oħra;
- tippubblika jew titrażmetti spam, inkluż iżda mhux limitat għal reklamar, materjali promozzjonali, jew avviżi informattivi mhux mitluba jew mhux awtorizzati;
- tippubblika, timmodifika, jew tneħħi klassifikazzjoni jew reviżjoni bi skambju ma’ kwalunkwe tip ta’ kumpens jew inċentiv;
- tippubblika jew tissottometti klassifikazzjoni, reviżjoni jew rapport diżonest, abbużiv, ta’ ħsara, qarrieqi jew ta’ mala fide, jew klassifikazzjoni jew reviżjoni li hija irrilevanti għall-Kontenut li qed jiġi rivedut;
- tippjana jew tinvolvi ruħek fi kwalunkwe attività illegali, frawdolenti jew manipulattiva.
N. FAMILY SHARING
L-organizzatur ta’ Familja (“Organizzatur”) irid ikollu tmintax-il (18) sena (jew l-età maġġuri ekwivalenti fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħu) jew aktar u jkun il-ġenitur jew il-kustodju legali ta’ kwalunkwe membru tal-Familja taħt l-età ta’ tlettax-il (13) sena (jew l-età minima ekwivalenti fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħu kif stabbilit fil-proċess ta’ reġistrazzjoni). Għall-aċċess tal-karatteristiċi kollha tal-Family Sharing huma meħtieġa apparati ta’ Apple. Il-Family Sharing jippermetti li l-Abbonamenti eliġibbli jiġu kondiviżi fost massimu ta’ sitt (6) membri ta’ Familja. Biex issir taf aktar dwar Family Sharing, żur: https://support.apple.com/HT201060.
Purchase Sharing: Il-karatteristika tal-Purchase Sharing tal-Family Sharing tippermetti li Kontenut eliġibbli jiġi kondiviż fost massimu ta’ sitt (6) membri ta’ Familja. L-Organizzatur jistieden membri oħra biex jipparteċipaw, u jaċċetta li jħallas għat-Tranżazzjonijiet kollha mibdija mill-membri tal-Familja. Se jintużaw il-metodi ta’ ħlas eliġibbli tal-Organizzatur biex titħallas kwalunkwe Tranżazzjoni mibdija minn membru tal-Familja (ħlief meta l-kont tal-membru tal-Familja jkollu kreditu tal-ħanut, li dejjem jintuża l-ewwel). Il-membri tal-Familja jaġixxu bħala aġenti għall-Organizzatur meta jintużaw il-metodi ta’ ħlas eliġibbli tal-Organizzatur. L-Organizzatur b’dan jaqbel: (1) li jħallas għal dawn it-Tranżazzjonijiet; (2) li t-Tranżazzjonijiet mibdija mill-membri tal-Familja jkunu awtorizzati; u (3) li t-Tranżazzjonijiet jiġu ddebitati lill-metodi ta’ ħlas eliġibbli bil-mod indikat fit-Taqsima B t’hawn fuq. L-Organizzaturi huma responsabbli biex jikkonformaw mal-kuntratti tal-metodi ta’ ħlas tagħhom, u jassumu r-riskji kollha relatati mal-kondiviżjoni tal-aċċess għall-metodi ta’ ħlas eliġibbli tagħhom mal-membri tal-Familja. Irċevuta jew fattura għal kwalunkwe Tranżazzjoni ta’ membru tal-Familja tintbagħat lill-membru tal-Familja li jkun ħa l-inizjattiva u, jekk jiġi ddebitat il-metodu ta’ ħlas tal-Organizzatur, lill-Organizzatur ukoll.
Ask to Buy: Ask to Buy hija karatteristika li tippermetti lil Organizzatur li japprova Tranżazzjonijiet mibdija minn membru tal-Familja taħt it-tmintax-il (18) sena (jew l-età maġġuri ekwivalenti fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħu). Kontenut kondiviż mill-membri tal-Familja jew miksub permezz ta’ kodiċijiet tal-kontenut ġeneralment mhuwiex soġġett għal Ask to Buy; kodiċijiet tal-kontenut li jiffaċilitaw l-aċċess għal Abbonamenti huma soġġetti għal Ask to Buy. L-Organizzatur irid ikun il-ġenitur jew il-kustodju legali ta’ kwalunkwe membru tal-Familja li għalih tiġi attivata Ask to Buy. Ask to Buy hija attivata b’mod awtomatiku għal kwalunkwe membru tal-Familja taħt l-età ta’ tlettax-il (13) sena (jew l-età minima ekwivalenti fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħu) u tibqa’ hemm sakemm tiġi ddiżattivata mill-ġenitur jew mill-kustodju legali. Jekk Ask to Buy tiġi diżattivata wara li l-membru tal-Familja jagħlaq tmintax-il (18) sena (jew jilħaq l-età maġġuri fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħu), ma tistax tiġi attivata aktar. Ask to Buy ma teħtieġx li jiġi attivat il-Purchase Sharing.
Bidliet fil-Membri tal-Familja: Meta membru tal-Familja jitlaq jew jitneħħa mill-Familja, il-bqija tal-membri tal-Familja ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-Kontenut tal-ex membru, inkluż il-Kontenut miksub bil-metodu ta’ ħlas tal-Organizzatur.
Regoli tal-Family Sharing: Tista’ tappartjeni biss għal Familja waħda (1) kull darba, u tista’ tingħaqad ma’ kwalunkwe Familja mhux aktar minn darbtejn fis-sena. Tista’ tibdel il-Kont ta’ Apple li tassoċja ma’ Familja mhux aktar minn darba kull disgħin (90) jum. Il-membri kollha tal-Familja jrid ikollhom l-istess Pajjiż ta’ Residenza. Mhux il-Kontenut kollu, inkluż ix-Xiri fl-Applikazzjonijiet, l-Abbonamenti, u xi Applikazzjonijiet miksuba qabel, huwa eliġibbli għall-Purchase Sharing. L-abbonamenti kondiviżi minn Familja jistgħu jkunu soġġetti għal-limitazzjonijiet tal-użu tal-Kontenut abbażi ta’ abbonament.
O. SEASON PASS U MULTI-PASS
Pass jippermettilek tixtri u tirċievi l-Kontenut televiżiv hekk kif jiġi disponibbli. Season Pass japplika għall-Kontenut televiżiv li għandu numru limitat ta’ episodji f’kull staġun; Multi-Pass japplika għall-Kontenut televiżiv li huwa disponibbli fuq bażi kontinwa. Il-prezz sħiħ ta’ Season Pass jew Multi-Pass jiġi ddebitat fil-ħin tat-Tranżazzjoni. Il-Kontenut ta’ Season Pass jew ta’ Multi-Pass ikun disponibbli biex jitniżżel sa disgħin (90) jum minn meta jkun sar disponibbli l-aħħar episodju. Jekk fornitur ta’ Kontenut jagħti lil Apple inqas episodji televiżivi minn kif ippjanat meta xtrajt Season Pass, se nirritornaw il-flus fil-Kont tiegħek ta’ Apple b’valur ekwivalenti għall-valur tal-bejgħ tal-għadd korrispondenti ta’ episodji li ma ġewx ipprovduti lil Apple.
P. TERMINI ADDIZZJONALI TAL-APP STORE (MINBARRA APPLIKAZZJONIJIET TA’ APPLE ARCADE)
LIĊENZJA TAL-KONTENUT TAL-APP STORE
Il-liċenzji tal-applikazzjonijiet jiġu pprovduti lilek minn Apple jew minn żviluppatur terz (“Fornitur tal-Applikazzjonijiet”). Apple taġixxi bħala aġent għall-Fornituri tal-Applikazzjonijiet fit-tħaddim tal-App Store u mhijiex parti għall-kuntratt tal-bejgħ jew għall-ftehim tal-utent bejnek u bejn il-Fornitur tal-Applikazzjonijiet. Madankollu, jekk inti klijent ta’ Apple Distribution International Ltd. jew ta’ Apple Services Pte. Ltd., il-bejjiegħ uffiċjali huwa dik l-entità, li jfisser li inti takkwista l-liċenzja tal-Applikazzjoni mingħand Apple Distribution International Ltd. jew mingħand Apple Services Pte. Ltd., kif applikabbli, iżda l-Applikazzjoni hija liċenzjata mill-Fornitur tal-Applikazzjoni. Applikazzjoni liċenzjata minn Apple hija “Applikazzjoni ta’ Apple;” Applikazzjoni liċenzjata minn Fornitur tal-Applikazzjonijiet hija “Applikazzjoni ta’ Parti Terza”. Kwalunkwe Applikazzjoni li inti tikseb hija regolata mill-Ftehim ta’ Liċenzja tal-Utent Finali tal-Applikazzjoni Liċenzjata (“EULA Standard”) stabbilit hawn taħt, sakemm Apple jew il-Fornitur tal-Applikazzjonijiet ma jipprovdix ftehim ta’ liċenzja personalizzat prevalenti (“EULA Personalizzat”). Soġġett għal-liġi lokali, il-Fornitur tal-Applikazzjonijiet ta’ kwalunkwe Applikazzjoni ta’ Parti Terza huwa responsabbli biss għall-kontenut, il-garanziji u l-ipprezzar tagħha, kif ukoll għal kwalunkwe pretensjoni li jista’ jkollok relatata mal-Applikazzjoni ta’ Parti Terza, sakemm tali pretensjoni ma tkunx relatata direttament mal-irwol ta’ Apple Distribution International Ltd. bħala l-bejjiegħ tal-liċenzja tal-Applikazzjoni. Talbiet statutorji taħt il-liġi lokali kontra Apple Distribution International Ltd. fil-kapaċità tagħha bħala bejjiegħ, inkluża garanzija taħt il-liġi tal-bejgħ, m’għandhomx jiġu affettwati. Inti tirrikonoxxi u taqbel li Apple hija benefiċjarju ta’ parti terza tal-EULA Standard jew tal-EULA Personalizzat applikabbli għal kull Applikazzjoni ta’ Parti Terza u għalhekk tista’ tinforza tali ftehim. Ċerti Applikazzjonijiet, bħal stickers u applikazzjonijiet tal-iMessage, jistgħu ma jidhrux fuq l-ispringboard tal-apparat iżda jistgħu jiġu aċċessati u użati fil-maħżen tal-applikazzjonijiet tal-Messaġġi (Messages app drawer).
XIRI FL-APPLIKAZZJONIJIET
L-applikazzjonijiet jistgħu joffru kontenut, servizzi jew funzjonalità li wieħed jista’ juża f’dawn l-Applikazzjonijiet (“Xiri fl-Applikazzjonijiet”). Ix-Xiri fl-Applikazzjonijiet li jsir waqt l-użu tal-Applikazzjoni (pereżempju, gems virtwali) ma jistax jiġi ttrasferit bejn l-apparati u jista’ jitniżżel darba biss. Trid tawtentika l-kont tiegħek qabel ma tagħmel Xiri fl-Applikazzjonijiet – b’awtentikazzjoni separata minn kwalunkwe awtentikazzjoni oħra biex tikseb Kontenut ieħor – billi ddaħħal il-password tiegħek jew tuża t-Touch ID jew il-Face ID. Inti tkun tista’ tagħmel Xiri fl-Applikazzjonijiet addizzjonali għal ħmistax-il (15) minuta mingħajr ma terġa’ tagħmel awtentikazzjoni, sakemm ma tkunx tlabtna li nitolbuk password għal kull akkwist jew tkun attivajt it-Touch ID jew il-Face ID. Tista’ tneħħi l-abbiltà li tagħmel Xiri fl-Applikazzjoni billi ssegwi dawn l-istruzzjonijiet: https://support.apple.com/HT201304.
PAKKETTI TA’ APPLIKAZZJONIJIET
Ċerti Applikazzjonijiet jistgħu jinbiegħu flimkien bħala pakkett (“Pakkett ta’ Applikazzjonijiet”). Il-prezz muri ma’ Pakkett ta’ Applikazzjonijiet huwa l-prezz li tkun trid tħallas meta tixtri l-Pakkett ta’ Applikazzjonijiet. Il-prezz tal-Pakkett ta’ Applikazzjonijiet jista’ jitnaqqas biex ipatti għal Applikazzjonijiet li tkun diġà xtrajt jew ksibt, iżda jista’ jinkludi ħlas minimu biex il-Pakkett ta’ Applikazzjonijiet ikun komplut.
RIŻULTATI TAT-TIFTIX U KLASSIFIKI
Meta tiġi ddeterminata l-ordni ta’ kif jintwerew l-Applikazzjonijiet fir-riżultati tat-tiftix, il-parametri ewlenin ikkunsidrati huma l-metadata pprovduta mill-Fornituri tal-Applikazzjonijiet, kif il-klijenti interaġixxew mal-Applikazzjonijiet u l-App Store, u l-popolarità tal-Applikazzjonijiet fl-App Store. Dawn il-parametri ewlenin jagħtu r-riżultati l-aktar rilevanti għall-mistoqsijiet tat-tiftix tal-klijenti.
FTEHIM TA’ LIĊENZJA TAL-UTENT FINALI TAL-APPLIKAZZJONI LIĊENZJATA
L-applikazzjonijiet disponibbli permezz tal-App Store huma liċenzjati mill-Fornitur tal-Applikazzjonijiet, mhux mibjugħa, lilek. Il-liċenzja tiegħek għal kull Applikazzjoni hija soġġetta għall-aċċettazzjoni tiegħek, minn qabel, ta’ dan il-Ftehim ta’ Liċenzja tal-Utent Finali tal-Applikazzjoni Liċenzjata (“EULA Standard”), jew għal ftehim ta’ liċenzja tal-utent finali personalizzat bejnek u bejn il-Fornitur tal-Applikazzjonijiet (“EULA Personalizzat”), jekk ikun ipprovdut wieħed. Il-liċenzja tiegħek għal kwalunkwe Applikazzjoni ta’ Apple taħt dan l-EULA Standard jew l-EULA Personalizzat tingħata minn Apple, u l-liċenzja tiegħek għal kwalunkwe Applikazzjoni ta’ Parti Terza taħt dan l-EULA Standard jew l-EULA Personalizzat tingħata mill-Fornitur tal-Applikazzjonijiet ta’ dik l-Applikazzjoni ta’ Parti Terza. Kwalunkwe Applikazzjoni li hija soġġetta għal dan l-EULA Standard hawnhekk qed tissejjaħ l-“Applikazzjoni Liċenzjata.” Il-Fornitur tal-Applikazzjonijiet jew Apple kif applikabbli (“Liċenzjatur”) tirriżerva d-drittijiet kollha fl-Applikazzjoni Liċenzjata u għaliha mhux mogħtija espressament lilek skont dan l-EULA Standard.
a. Kamp ta’ applikazzjoni tal-Liċenzja: Il-Liċenzjatur jagħtik liċenzja mhux trasferibbli biex tuża l-Applikazzjoni Liċenzjata fuq kwalunkwe prodott tad-ditta Apple li inti tippossjedi jew tikkontrolla u kif permess mir-Regoli dwar l-Użu. It-termini ta’ dan l-EULA Standard jirregolaw kwalunkwe kontenut, materjal jew servizz aċċessibbli mill-Applikazzjoni Liċenzjata, jew mixtri fiha, kif ukoll l-aġġornamenti pprovduti mil-Liċenzjatur li jissostitwixxu jew jissupplimentaw l-Applikazzjoni Liċenzjata oriġinali, sakemm tali aġġornament ma jkunx akkumpanjat minn EULA Personalizzat. Ħlief kif previst fir-Regoli dwar l-Użu, ma tistax tqassam jew tagħmel l-Applikazzjoni Liċenzjata disponibbli fuq network fejn tista’ tintuża minn diversi apparati fl-istess ħin. Ma tistax tittrasferixxi, tqassam mill-ġdid jew tissottoliċenzja l-Applikazzjoni Liċenzjata ħlief kif permess espressament f’dan il-Ftehim u, jekk tbigħ l-Apparat ta’ Apple tiegħek lil parti terza, trid tneħħi l-Applikazzjoni Liċenzjata mill-Apparat ta’ Apple qabel ma tagħmel dan. Inti ma tistax tikkopja (ħlief kif permess minn din il-liċenzja u r-Regoli dwar l-Użu), twettaq inġinerija inversa, iżżarma, tipprova tikseb il-kodiċi sors tal-Applikazzjoni Liċenzjata, timmodifika, jew toħloq xogħlijiet derivati minnha, minn kwalunkwe aġġornament jew kwalunkwe parti minnha (ħlief kif u sal-punt li kwalunkwe restrizzjoni ta’ hawn fuq hija pprojbita mil-liġi applikabbli jew sal-punt li jista’ jkun permess mit-termini tal-liċenzjar li jirregolaw l-użu ta’ kwalunkwe komponent b’sors miftuħ inkluż mal-Applikazzjoni Liċenzjata).
b. Kunsens għall-Użu tad-Dejta: Inti taqbel li l-Liċenzjatur jista’ jiġbor u juża dejta teknika u informazzjoni relatata – inkluża iżda mhux limitata għal informazzjoni teknika dwar l-apparat, is-sistema u s-software tal-applikazzjoni tiegħek, u l-periferali – li jinġabru perjodikament biex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ aġġornamenti tas-software, l-appoġġ għall-prodott, u servizzi oħra għalik (jekk ikun hemm) relatati mal-Applikazzjoni Liċenzjata. Il-Liċenzjatur jista’ juża din l-informazzjoni, sakemm tkun f’forma li ma tidentifikakx personalment, biex itejjeb il-prodotti tiegħu jew biex jipprovdilek servizzi jew teknoloġiji.
c. Terminazzjoni. Dan il-EULA Standard huwa effettiv sakemm jiġi tterminat minnek jew mil-Liċenzjatur. Id-drittijiet tiegħek taħt dan il-EULA Standard jintemmu awtomatikament jekk inti tonqos milli tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini tiegħu.
d. Servizzi Esterni. L-Applikazzjoni Liċenzjata tista’ tattiva l-aċċess għal servizzi u siti web tal-Liċenzjatur u/jew ta’ partijiet terzi (kollettivament u individwalment, “Servizzi Esterni”). Inti taqbel li tuża s-Servizzi Esterni għar-riskju uniku tiegħek. Il-Liċenzjatur mhuwiex responsabbli biex jeżamina jew jevalwa l-kontenut jew il-preċiżjoni ta’ kwalunkwe Servizz Estern ta’ parti terza, u m’għandux ikun responsabbli għal tali Servizzi Esterni ta’ parti terza. Id-dejta murija minn kwalunkwe Applikazzjoni Liċenzjata jew Servizz Estern, inkluża iżda mhux limitata għal informazzjoni finanzjarja, medika u informazzjoni dwar il-post, hija għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss u mhijiex garantita mil-Liċenzjatur jew mill-aġenti tiegħu. Inti ma tistax tuża s-Servizzi Esterni bi kwalunkwe mod li jkun inkonsistenti mat-termini ta’ dan il-EULA Standard jew li jikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-Liċenzjatur jew ta’ kwalunkwe parti terza. Inti taqbel li ma tużax is-Servizzi Esterni biex tagħti fastidju, tabbuża, issegwi bil-moħbi, thedded jew timmalafama kwalunkwe persuna jew entità, u li l-Liċenzjatur mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe użu bħal dan. Is-Servizzi Esterni jistgħu ma jkunux disponibbli fil-lingwi kollha jew fil-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek, u jistgħu ma jkunux xierqa jew disponibbli għall-użu fi kwalunkwe post partikolari. Sal-punt li tagħżel li tuża dawn is-Servizzi Esterni, inti unikament responsabbli għall-konformità ma’ kwalunkwe liġi applikabbli. Il-Liċenzjatur jirriżerva d-dritt li jbiddel, jissospendi, ineħħi, jiddiżattiva jew jimponi restrizzjonijiet jew limiti fuq l-aċċess għal kwalunkwe Servizz Estern fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż jew responsabbiltà lejk.
e. GARANZIJA: Il-Liċenzjatur jeżerċita attenzjoni u ħila raġonevoli fir-rigward tal-forniment tal-Applikazzjoni Liċenzjata u ta’ kwalunkwe Servizz Estern imwettaq jew ipprovdut lilek mill-Applikazzjoni Liċenzjata. Soġġett għal-liġi lokali, jista’ jkollok garanzija legali ta’ konformità għal Applikazzjonijiet Liċenzjati mixtrija b’tul ta’ żmien minimu ta’ sentejn (2), u għal Abbonamenti fl-applikazzjonijiet matul il-perjodu ta’ provvista kuntrattwali. Il-Liċenzjatur ma jagħmel l-ebda wegħda jew garanzija oħra dwar is-Servizzi Esterni, u b’mod partikolari, ma jiggarantixxix li:
(i) l-użu tiegħek tas-Servizzi Esterni ma jkunx interrott jew ħieles mill-iżbalji;
(ii) is-Servizzi Esterni jkunu ħielsa minn telf, ħsara, attakk, viruses, interferenza, hacking, jew intrużjoni ta’ sigurtà oħra, u l-Liċenzjatur jiċħad kwalunkwe responsabbiltà relatata ma’ dan. Inti għandek tkun responsabbli biex tagħmel backup tas-sistema tiegħek stess, inkluż kwalunkwe Applikazzjoni Liċenzjata li tkun maħżuna fis-sistema tiegħek.
f. Limitazzjoni tar-Responsabbiltà.
(i) Ħlief kif iddikjarat fit-Taqsima (ii) t’hawn taħt, il-Liċenzjatur, id-diretturi, l-uffiċjali, l-impjegati, l-affiljati, l-aġenti, il-kuntratturi, il-prinċipali jew il-liċenzjaturi tiegħu fl-ebda każ mhuma responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżati mil-Liċenzjatur, l-impjegati jew l-aġenti tiegħu meta:
(1) ma jkun hemm l-ebda ksur ta’ dmir ta’ premura legali dovut lilek mil-Liċenzjatur jew minn xi impjegat jew aġent tiegħu;
(2) ma jkunx riżultat raġonevolment prevedibbli ta’ tali ksur;
(3) kwalunkwe żieda fit-telf jew ħsara tirriżulta minn ksur minnek ta’ kwalunkwe terminu ta’ dan il-Ftehim ta’ Liċenzja tal-Utent Finali (“Ftehim”);
(4) jirriżulta minn deċiżjoni tal-Liċenzjatur li jwissik, jissospendi jew jittermina l-aċċess tiegħek għas-Servizzi Esterni, jew li jieħu kwalunkwe azzjoni oħra matul l-investigazzjoni ta’ suspett ta’ ksur jew b’riżultat tal-konklużjoni tal-Liċenzjatur li jkun seħħ ksur ta’ dan il-Ftehim;
(5) għandu x’jaqsam ma’ telf ta’ dħul, negozju jew profitti, jew kwalunkwe telf jew korruzzjoni ta’ dejta b’ rabta mal-użu li inti tagħmel mill-Applikazzjoni Liċenzjata.
(ii) Xejn f’dan il-Ftehim ma jneħħi jew jillimita r-responsabbiltà tal-Liċenzjatur għal frodi, negliġenza serja, imġiba ħażina volontarja, jew għal mewt jew korriment personali kkawżat min-negliġenza tiegħu.
g. Inti ma tistax tuża jew b’xi mod ieħor tesporta jew tesporta mill-ġdid l-Applikazzjoni Liċenzjata ħlief kif awtorizzat mid-dritt tal-Istati Uniti u mil-liġijiet tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun inkisbet l-Applikazzjoni Liċenzjata. B’mod partikolari, iżda mingħajr limitazzjoni, l-Applikazzjoni Liċenzjata ma tistax tiġi esportata jew esportata mill-ġdid (a) fi kwalunkwe pajjiż b’embargo mill-Istati Uniti jew (b) lil kwalunkwe persuna fil-Lista ta’ Ċittadini tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti Nnominati b’Mod Speċjali jew fil-Lista ta’ Persuni jew fil-Lista ta’ Entitajiet Miċħuda tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti. Bl-użu tal-Applikazzjoni Liċenzjata, inti tiddikjara u tiggarantixxi li ma tinsabx f’xi pajjiż bħal dan jew fuq kwalunkwe lista bħal din. Inti taqbel ukoll li m’intix se tuża dawn il-prodotti għal kwalunkwe skop ipprojbit mil-liġi tal-Istati Uniti, inkluż, mingħajr limitazzjoni, l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, jew il-produzzjoni ta’ armi nukleari, missili, jew armi kimiċi jew bijoloġiċi.
h. Utenti Finali tal-Gvern tal-Istati Uniti. L-Applikazzjoni Liċenzjata u d-dokumentazzjoni relatata huma “Oġġetti Kummerċjali”, peress li dak it-terminu huwa definit fi 48 C.F.R. §2.101, li jikkonsisti f’“Software tal-Kompjuter Kummerċjali” u “Dokumentazzjoni tas-Software tal-Kompjuter Kummerċjali”, peress li tali termini jintużaw fi 48 C.F.R. §12.212 jew 48 C.F.R. §227.7202, kif applikabbli. B’konsistenza ma’ 48 C.F.R. §12.212 jew 48 C.F.R. §227.7202-1 sa 227.7202-4, kif applikabbli, is-Software tal-Kompjuter Kummerċjali u d-Dokumentazzjoni tas-Software tal-Kompjuter Kummerċjali qed jiġu liċenzjati lill-utenti finali tal-Gvern tal-Istati Uniti (a) bħala Oġġetti Kummerċjali biss u (b) b’dawk id-drittijiet biss li jingħataw lill-utenti finali l-oħra kollha skont it-termini u l-kundizzjonijiet t’hawnhekk. Drittijiet mhux ippubblikati riżervati taħt il-liġijiet tad-drittijiet tal-awtur tal-Istati Uniti.
i. Ħlief sal-punt ipprovdut espressament fil-paragrafu li ġej, dan il-Ftehim u r-relazzjoni bejnek u bejn Apple għandha tkun irregolata mil-liġijiet tal-Istat ta’ Kalifornja, bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti tal-liġijiet tiegħu. Inti u Apple taqblu li tissottomettu għall-ġuriżdizzjoni personali u esklussiva tal-qrati li jinsabu fil-kontea ta’ Santa Clara, fil-Kalifornja, biex issolvu kwalunkwe tilwima jew pretensjoni li tirriżulta minn dan il-Ftehim. Jekk (a) m’intix ċittadin tal-Istati Uniti; (b) m’intix residenti fl-Istati Uniti; (c) m’intix qed taċċessa s-Servizz mill-Istati Uniti; u (d) inti ċittadin ta’ wieħed mill-pajjiżi identifikati hawn taħt, inti b’dan taqbel li kwalunkwe tilwima jew pretensjoni li tirriżulta minn dan il-Ftehim għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli stabbilita hawn taħt, irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni dwar il-kunflitt tal-liġijiet, u inti b’dan tissottometti ruħek b’mod irrevokabbli għall-ġuriżdizzjoni mhux esklussiva tal-qrati li jinsabu fl-istat, il-provinċja jew il-pajjiż identifikat hawn taħt li d-dritt tiegħu jirregola:
Jekk inti resident ta’ kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea jew ir-Renju Unit, l-Iżvizzera, in-Norveġja jew l-Iżlanda, il-liġi u l-forum li jirregolaw għandhom ikunu l-liġijiet u l-qrati tal-post ta’ residenza tas-soltu tiegħek.
Eskluża speċifikament mill-applikazzjoni għal dan il-Ftehim hija dik il-liġi magħrufa bħala l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija.
Q. TERMINI ADDIZZJONALI GĦALL-APP STORE, APPLE BOOKS, APPLE PODCASTS U GĦAŻLA TA’ KONTENUT
Xi Kontenut disponibbli fl-App Store, f’Apple Books, u f’Apple Podcasts (inklużi Abbonamenti għal Apple Podcasts) jinkisbu minnek mingħand il-fornitur terz ta’ tali Kontenut (kif muri fuq il-paġna tal-prodott u/jew matul il-proċess tal-akkwist tal-Kontenut relevanti), u mhux mingħand Apple. F’każ bħal dan, Apple taġixxi bħala aġent għall-fornitur tal-Kontenut meta toffrilek il-Kontenut, u għalhekk Apple mhijiex parti għat-Tranżazzjoni bejnek u bejn il-fornitur tal-Kontenut. Madankollu, jekk inti klijent ta’ Apple Distribution International Ltd. jew ta’ Apple Services Pte. Ltd., dik l-entità hija l-bejjiegħ uffiċjali għall-Kontenut li tikseb, iżda dan il-Kontenut huwa liċenzjat mill-fornitur tal-Kontenut. Il-fornitur tal-Kontenut jirriżerva d-dritt li jinforza t-termini tal-użu relatati ma’ tali Kontenut. Soġġett għal-liġi lokali, il-fornitur tal-Kontenut huwa responsabbli biss għal dan il-Kontenut, kwalunkwe garanzija sal-punt li dawn il-garanziji ma jkunux ġew miċħuda, u kwalunkwe pretensjoni li int jew kwalunkwe parti oħra jista’ jkollok relatata ma’ tali Kontenut, sakemm din it-talba ma tkunx relatata direttament mal-irwol ta’ Apple Distribution International Ltd. bħala l-bejjiegħ tal-Kontenut. Talbiet statutorji taħt il-liġi lokali kontra Apple Distribution International Ltd. fil-kapaċità tagħha bħala bejjiegħ, inkluża garanzija taħt il-liġi tal-bejgħ, m’għandhomx jiġu affettwati.
Meta tiġi ddeterminata l-ordni tar-riżultati tat-tiftix fl-App Store, f’Apple Books, u f’Apple Podcasts, il-parametri ewlenin ikkunsidrati huma l-metadata mogħtija mill-fornituri tal-Kontenut u kif il-klijenti interaġixxew mal-Kontenut.
R. TERMINI ADDIZZJONALI TA’ APPLE MUSIC
L-iCloud Music Library hija karatteristika ta’ Apple Music li tippermettilek taċċessa l-kanzunetti, il-playlists u l-vidjows mużikali tiegħek li jkunu mqabbla jew imtellgħin miksuba minn Apple Music, mill-iTunes Store jew sors ieħor (“Il-Kontenut tal-iCloud Music Library”) fuq l-apparati tiegħek attivati għal Apple Music. L-iCloud Music Library tiġi attivata awtomatikament meta tikkonfigura s-sħubija tiegħek f’Apple Music. L-iCloud Music Library tiġbor informazzjoni dwar il-Kontenut tal-iCloud Music Library tiegħek. Din l-informazzjoni hija assoċjata mal-Kont tiegħek ta’ Apple, u mqabbla ma’ Kontenut tal-iCloud Music Library li bħalissa huwa disponibbli fuq Apple Music. Il-Kontenut tal-iCloud Music Library li ma jkunx imqabbel jittella’ fis-servers tal-iCloud Music Library ta’ Apple (f’format determinat minn Apple). Tista’ ttella’ sa mitt elf (100,000) kanzunetta. Kanzunetti miksuba mill-iTunes Store ma jgħoddux ma’ dan il-limitu. Kanzunetti li ma jissodisfawx ċerti kriterji (pereżempju, fajls eċċessivament kbar) jew li mhumiex awtorizzati għall-apparat tiegħek mhumiex eliġibbli għall-iCloud Music Library. Meta tuża l-iCloud Music Library, Apple tirreġistra informazzjoni bħas-siltiet li ddoqq, twaqqaf jew taqbeż, l-apparati li tuża’, u l-ħin u ż-żmien tal-playback. Inti taqbel li tuża l-iCloud Music Library biss għall-kontenut miksub legalment. L-iCloud Music Library hija pprovduta “KIF INHI” u jista’ jkun fiha żbalji jew ineżattezzi. Għandek tagħmel backup tad-dejta u tal-informazzjoni tiegħek qabel tuża l-iCloud Music Library. Jekk m’intix membru ta’ Apple Music, tista’ tixtri Abbonament ta’ iTunes Match, li juża l-iCloud Music Library. Meta s-sħubija ta’ Apple Music tiegħek tintemm, inti titlef l-aċċess għall-iCloud Music Library, inkluż il-Kontenut tal-iCloud Music Library li jkun ittella’ fuq is-servers tal-iCloud Music Library.
S. TERMINI ADDIZZJONALI TA’ APPLE FITNESS+
Apple Fitness+ huwa għal skopijiet ta’ divertiment u/jew ta’ informazzjoni biss u mhuwiex maħsub biex jipprovdi xi parir mediku.
T. SĦUBIJA TA’ RIVENDITUR
Fejn disponibbli, tista’ tiġi offrut li tixtri sħubija tas-Servizz minn rivenditur, bħal trasportatur bla fili (“Sħubija ta’ Rivenditur”). Jekk tixtri Sħubija ta’ Rivenditur, ir-rivenditur tiegħek ikun il-bejjiegħ uffiċjali, li jfisser li inti tikseb il-liċenzja tas-Servizz mingħand ir-rivenditur tiegħek, li se jiddebitaw tas-sħubija tas-Servizz, iżda s-Servizz ikun liċenzjat u pprovdut minn Apple. Ir-relazzjoni tax-xiri tiegħek mar-rivenditur hija rregolata mit-termini u l-kundizzjonijiet tar-rivenditur, mhux minn dan il-Ftehim, u kwalunkwe tilwim dwar il-kontijiet relatat ma’ Sħubija ta’ Rivenditur għandu jkun immirat lejn ir-rivenditur tiegħek, mhux lejn Apple. Meta tuża Servizz permezz ta’ Sħubija ta’ Rivenditur, inti taqbel li r-rivenditur tiegħek jista’ jiskambja l-informazzjoni tal-kont, in-numru tat-telefown u l-informazzjoni tal-Abbonament tiegħek ma’ Apple tar-rivenditur, u li Apple tista’ tuża din l-informazzjoni biex tiddetermina l-istatus tas-Sħubija tiegħek ta’ Rivenditur.
U. TERMINI MĦALLTA APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI KOLLHA
DEFINIZZJONI TA’ APPLE
Skont il-Pajjiż ta’ Residenza tiegħek, “Apple” tfisser:
Apple Inc., li tinsab f’One Apple Park Way, Cupertino, Kalifornja, għall-utenti fl-Istati Uniti, inkluż Puerto Rico;
Apple Canada Inc., li tinsab f’120 Bremner Blvd., Suite 1600, Toronto ON M5J 0A8, il-Kanada għall-utenti fil-Kanada;
Apple Services LATAM LLC, li tinsab f'2811 Ponce de Leon Boulevard, Floor 12, Coral Gables, Florida, għal utenti fil-Messiku, l-Amerka Ċentrali jew t’Isfel, jew kwalunkwe pajjiż jew territorju tal-Karibew (eskluż Puerto Rico);
Apple Services Pte. Ltd., li tinsab f’7 Ang Mo Kio Street 64, Singapore 569086, għal utenti fil-Bhutan, il-Brunei, il-Kambodja, Fiġi, il-Laos, il-Macao, il-Maldivi, il-Mikroneżja, il-Mongolja, il-Myanmar, Nauru, in-Nepal, Palau, Papua New Guinea, il-Korea t’Isfel, il-Ġżejjer Solomon, is-Sri Lanka, Tonga, u Vanuatu;
iTunes K.K., li tinsab f’Roppongi Hills, 6-10-1 Roppongi, Minato-ku, Tokyo 106-6140, Tokyo għall-utenti fil-Ġappun;
Apple Pty Limited, li tinsab f’Level 3, 20 Martin Place, Sydney NSW 2000, l-Awstralja, għall-utenti fl-Awstralja jew fi New Zealand, inkluż fi kwalunkwe territorju tagħhom, jew f’ġuriżdizzjonijiet affiljati; u
Apple Distribution International Ltd., li tinsab f’Hollyhill Industrial Estate, Hollyhill, Cork, ir-Repubblika tal-Irlanda, għall-utenti l-oħra kollha.
BIDLIET FIL-KUNTRATT
Apple tirriżerva d-dritt li timmodifika dan il-Ftehim u li żżid termini jew kundizzjonijiet ġodda jew addizzjonali, li jistgħu jkunu meħtieġa jekk, pereżempju, Apple żżid servizz ġdid jew iżżid, tespandi, u/jew temenda karatteristiċi u funzjonalitajiet għal Servizz, jew jekk il-liġi u/jew il-prattiki applikabbli jinbidlu. Apple tista’ wkoll timmodifika dan il-Ftehim biex ittejjeb il-leġibbiltà jew taġġorna l-informazzjoni ta’ kuntatt. Tali modifiki u termini u kundizzjonijiet addizzjonali jiġu kkomunikati lilek u jekk jiġu aċċettati, ikunu effettivi immedjatament u jiġu inkorporati f’dan il-Ftehim. Fil-każ li tirrifjuta li taċċetta tali bidliet, jaf ma tkunx tista’ tagħmel xirjiet futuri relatati ma’ kwalunkwe Servizz jew Kontenut irregolat minn dan il-Ftehim. Fi kwalunkwe każ, il-Kontenut li diġà akkwistajt u niżżilt, u kwalunkwe Abbonament ta’ Apple, mhux se jiġu affettwati mir-rifjut tiegħek li taċċetta tali bidliet.
MATERJALI TA’ PARTIJIET TERZI
Apple mhijiex responsabbli għal materjali ta’ parti terza inklużi fi jew konnessi mill-Kontenut jew mis-Servizzi.
SIGURTÀ TAL-UTENT
Dejjem għandek tfittex il-parir ta’ professjonist tal-kura tas-saħħa kwalifikat kif xieraq dwar (a) jekk kwalunkwe attività partikolari hijiex sigura u fattibbli, jew (b) kwalunkwe kundizzjoni jew sintomu mediku speċifiku.
PROPRJETÀ INTELLETTWALI
Inti taqbel li s-Servizzi, inklużi iżda mhux limitati għall-Kontenut, grafika, l-interfaċċa tal-utent, klipps bl-awdjo, klipps bil-vidjow, kontenut editorjali, u l-iscripts u s-software użati għall-implimentazzjoni tas-Servizzi, fihom informazzjoni u materjal proprjetarji li huma l-proprjetà ta’ Apple, tal-liċenzjaturi tagħha u/jew il-fornituri tal-Kontenut, u huma protetti mil-liġijiet dwar il-proprjetà intellettwali u liġijiet oħra, inklużi iżda mhux limitati għad-drittijiet tal-awtur. Inti taqbel li m’intix se tuża tali informazzjoni jew materjal proprjetarji bl-ebda mod ħlief għall-użu tas-Servizzi għal użi personali u mhux kummerċjali f’konformità ma’ dan il-Ftehim. L-ebda porzjon tal-Kontenut jew tas-Servizzi ma jista’ jiġi ttrasferit jew riprodott fi kwalunkwe forma jew bi kwalunkwe mezz, ħlief kif espressament permess f’dan il-Ftehim. Inti taqbel li bl-ebda mod ma’ timmodifika, tikri, issellef, tbigħ, taqsam, jew tqassam is-Servizzi jew il-Kontenut, u m’għandekx tisfrutta s-Servizzi b’xi mod mhux espressament awtorizzat.
L-isem ta’ Apple, il-logo ta’ Apple, iTunes, iTunes Store, App Store, Apple Books, Apple Music, Apple TV, Apple TV+, Apple Arcade, Apple News, Apple News+, Apple One, Apple Podcasts, Apple Fitness+, u trademarks, marki tas-servizz, grafika, u logos oħra ta’ Apple użati b’konnessjoni mas-Servizzi huma trademarks jew trademarks irreġistrati ta’ Apple fl-Istati Uniti u pajjiżi oħra madwar id-dinja. Inti m’għandek l-ebda dritt jew liċenzja fir-rigward ta’ kwalunkwe mit-trademarks imsemmija hawn fuq.
DRITTIJIET TAL-AWTUR
Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, is-Servizzi u l-Kontenut ipprovduti minn Apple huma drittijiet tal-awtur ta’ Apple Inc. u s-sussidjarji tagħha.
Jekk temmen li kwalunkwe Kontenut disponibbli permezz tas-Servizzi jikser id-drittijiet tal-awtur mitluba minnek, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Apple fuq https://www.apple.com/legal/internet-services/itunes/itunesstorenotices. Dan huwa l-aktar mod veloċi biex nipproċessaw in-notifika tiegħek ta’ ksur asserit. Il-metodu inqas veloċi biex tikkuntattja lill-aġent maħtur tagħna u biex tiġi pproċessata n-notifika tiegħek huwa li tibgħat notifika xierqa u kompluta tal-ksur asserit fl-indirizz postali elenkat hawn taħt.
Apple Inc.
Attn: Aġent tad-Drittijiet tal-Awtur
One Apple Park Way
MS: 1IPL
Cupertino, CA 95014
Telefown: 408.996.1010
Email: copyrightnotices@apple.com
Apple adottat politika biex tiddiżattiva u/jew tittermina, f’ċirkostanzi xierqa, il-kontijiet ta’ utenti li jinstabu li ripetutament jiksru jew jiġu ripetutament allegati li jiksru d-drittijiet tal-awtur ta’ nies oħra. Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ tali politika, Apple tista’ fid-diskrezzjoni unika tagħha tissospendi, tiddiżattiva u/jew tittermina l-kontijiet tal-utenti li jkunu ġew identifikati li, b’mod ripetut, jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ ksur jew għal raġunijiet oħra relatati.
ĊAĦDA TA’ GARANZIJI; LIMITAZZJONIJIET TAR-RESPONSABBILTÀ
a. Apple se tipprovdi s-Servizzi b’attenzjoni u ħila raġonevoli. Soġġett għal-liġi lokali, jista’ jkollok garanzija legali ta’ konformità għal Kontenut mixtri b’minimu ta’ sentejn, u għal Kontenut li abbonajt għalih matul il-perjodu ta’ provvista kuntrattwali. Apple ma tagħmel l-ebda wegħda jew garanzija oħra dwar is-Servizzi, u b’mod partikolari, ma tiggarantixxix li lil hinn mill-garanzija legali:
(i) l-użu tiegħek tas-Servizz ma jkunx interrott jew ħieles minn żbalji. Inti taqbel li minn żmien għal żmien Apple tista’, għal raġunijiet tekniċi jew operattivi, tneħħi s-Servizz għal perjodi ta’ żmien indefiniti, jew tikkanċella s-Servizzi fi kwalunkwe ħin u, sa fejn ikun prattikabbli, tinfurmak b’dan. Jekk Apple twaqqaf Servizz li huwa Abbonament li inti diġà ħallast għalih, Apple toħroġlok rifużjoni. Jekk Apple twaqqaf Servizz li mhuwiex Abbonament, dan mhux se jaffettwa l-Kontenut li diġà ksibt u niżżilt;
(ii) is-Servizzi jkunu ħielsa minn telf, ħsara, attakk, viruses, interferenza, hacking, jew intrużjoni ta’ sigurtà oħra li jkunu avvenimenti ta’ Forza Maġġuri, u Apple tiċħad kwalunkwe responsabbiltà relatata ma’ dan. Inti responsabbli biex tagħmel backup tas-sistema tiegħek stess, inkluż kwalunkwe Kontenut mixtri jew akkwistat mis-Servizz.
b. INTI TAQBEL LI SAKEMM MA JKUNX MEĦTIEĠ MIL-LIĠI APPLIKABBLI, APPLE MHIX RESPONSABBLI LI TKOMPLI TAGĦTIK IL-KONTENUT PERMEZZ TAS-SERVIZZI TAGĦNA, U APPLE MHUX SE TKUN RESPONSABBLI LEJK JEKK IL-KONTENUT, INKLUŻ IL-KONTENUT MIXTRI, MA JIBQAX DISPONIBBLI GĦAT-TNIŻŻIL, GĦAT-TNIŻŻIL MILL-ĠDID, JEW GĦALL-ISTREAMING.
c. Ħlief kif iddikjarat f’(e) hawn taħt, jew fil-każ li tkun qed teżerċita kwalunkwe dritt statutorju applikabbli għal rifużjoni jew kumpens, Apple, id-diretturi, l-uffiċjali, l-impjegati, l-affiljati, l-aġenti, il-kuntratturi, jew il-liċenzjaturi tagħha fl-ebda każ m’huma responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżati minn Apple, l-impjegati jew l-aġenti tagħha meta:
(i) ma jkun hemm l-ebda ksur ta’ dmir ta’ premura legali dovut lilek minn Apple jew minn xi impjegat jew aġent tagħna;
(ii) ma jkunx riżultat raġonevolment prevedibbli, fiż-żmien tal-konklużjoni tal-Kuntratt, ta kwalunkwe ksur bħal dan minn Apple;
(iii) kwalunkwe żieda fit-telf jew ħsara tirriżulta minn ksur minnek ta’ kwalunkwe terminu ta’ dan il-Ftehim;
(iv) jirriżulta minn deċiżjoni minn Apple li tneħħi jew tiċħad l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni jew kontenut, li tissospendi l-aċċess tiegħek għas-Servizz, jew li tieħu kwalunkwe azzjoni oħra matul investigazzjoni ta’ ksur suspettat tal-Ftehim minnek;
(v) jirriżulta minn deċiżjoni minn Apple li tneħħi jew tiċħad l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni jew kontenut, li ttemm l-aċċess tiegħek għas-Servizz, jew li tieħu kwalunkwe azzjoni oħra bħala riżultat tal-ksur tal-Ftehim minnek, fil-kundizzjonijiet ipprovduti mit-taqsima “TERMINAZZJONI U SOSPENSJONI TAS-SERVIZZI”; jew
(vi) ikun relatat ma’ telf ta’ dħul, negozju jew profitti b’rabta mal-użu tiegħek tas-Servizzi, jew kwalunkwe telf ta’ dejta jew korruzzjoni ta’ dejta li tirriżulta minn negliġenza fl-użu tiegħek tas-Servizzi.
d. Apple se tagħmel sforzi raġonevoli biex tipproteġi l-informazzjoni sottomessa minnek b’konnessjoni mas-Servizzi, inkluż minn użu frawdolenti.
e. Xejn f’dan il-Ftehim ma jneħħi jew jillimita r-responsabbiltà ta’ Apple għal frodi, negliġenza serja, imġiba ħażina volontarja, jew għal mewt jew korriment personali.
f. Jekk tikser dan il-Ftehim, inti tkun responsabbli lejn Apple, id-diretturi, l-uffiċjali, l-impjegati, l-affiljati, l-aġenti, il-kuntratturi, u l-liċenzjaturi tagħha għal kwalunkwe pretensjoni li tirriżulta mill-ksur tiegħek. Inti tkun responsabbli wkoll għal kwalunkwe azzjoni meħuda minn Apple bħala parti mill-investigazzjoni tagħha tas-suspett ta’ ksur ta’ dan il-Ftehim, jew bħala riżultat tas-sejbiet tagħha jew deċiżjoni li seħħ ksur ta’ dan il-Ftehim.
g. APPLE MHIX RESPONSABBLI GĦALL-ISPEJJEŻ TAD-DEJTA LI TISTA’ ĠĠARRAB B’RABTA MAL-UŻU LI TAGĦMEL MIS-SERVIZZI.
EĊĊEZZJONIJIET STATUTORJI GĦALL-ISTITUZZJONIJIET PUBBLIĊI
Jekk inti istituzzjoni pubblika edukattiva jew governattiva kwalifikata u kwalunkwe parti minn dan il-Ftehim, bħal pereżempju, it-taqsima kollha dwar l-indennifikazzjoni jew parti minnha, hija invalida jew mhux eżegwibbli kontrik minħabba l-liġi lokali, nazzjonali, statali jew federali applikabbli, dik il-parti għandha titqies invalida jew ma tistax tiġi eżegwita, skont il-każ, u minflok għandha tiġi interpretata b’mod l-aktar konsistenti mal-liġi regolatorja applikabbli.
LIĠI REGOLATORJA
Ħlief sal-punt ipprovdut espressament fil-paragrafu li ġej jew sal-punt meħtieġ mil-liġi applikabbli, dan il-Ftehim u r-relazzjoni bejnek u bejn Apple, u t-Tranżazzjonijiet kollha dwar is-Servizzi għandhom ikunu regolati mil-liġijiet tal-Istat ta’ Kalifornja, bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-kunflitti tal-liġijiet. Inti u Apple taqblu li tissottomettu għall-ġuriżdizzjoni personali u esklussiva tal-qrati li jinsabu fil-kontea ta’ Santa Clara, fil-Kalifornja, biex issolvu kwalunkwe tilwima jew pretensjoni li tirriżulta minn dan il-Ftehim. Jekk (a) m’intix ċittadin tal-Istati Uniti; (b) m’intix residenti fl-Istati Uniti; (c) m’intix qed taċċessa s-Servizz mill-Istati Uniti; u (d) inti ċittadin ta’ wieħed mill-pajjiżi identifikati hawn taħt, inti b’dan taqbel li kwalunkwe tilwima jew pretensjoni li tirriżulta minn dan il-Ftehim għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli stabbilita hawn taħt, irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni dwar il-kunflitt tal-liġijiet, u inti b’dan tissottometti ruħek b’mod irrevokabbli għall-ġuriżdizzjoni mhux esklussiva tal-qrati li jinsabu fl-istat, il-provinċja jew il-pajjiż identifikat hawn taħt li d-dritt tiegħu jirregola:
Jekk inti resident ta’ kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea jew ir-Renju Unit, l-Iżvizzera, in-Norveġja jew l-Iżlanda, il-liġi u l-forum li jirregolaw għandhom ikunu l-liġijiet u l-qrati tal-post ta’ residenza tas-soltu tiegħek.
Eskluża speċifikament mill-applikazzjoni għal dan il-Ftehim hija dik il-liġi magħrufa bħala l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija.
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
Dan il-Ftehim jikkostitwixxi l-ftehim kollu bejnek u bejn Apple u jirregola l-użu li tagħmel mis-Servizzi, u jissostitwixxi kwalunkwe ftehim preċedenti fir-rigward tal-istess suġġett bejnek u bejn Apple. Tista’ wkoll tkun soġġett għal termini u kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu japplikaw meta twettaq xi Tranżazzjonijiet jew tuża servizzi affiljati, kontenut ta’ parti terza, software ta’ parti terza, jew servizzi addizzjonali bħall-Volume Purchase Program. Jekk xi parti minn dan il-Ftehim titqies invalida jew mhux infurzabbli, dik il-parti għandha tinftiehem b’mod konsistenti mal-liġi applikabbli biex tirrifletti, kemm jista’ jkun possibbli, l-intenzjonijiet reċiproċi oriġinali tal-partijiet, u l-porzjonijiet li jifdal jibqgħu fis-seħħ u b’effett b’mod sħiħ. In-nuqqas ta’ Apple li tinforza kwalunkwe dritt jew dispożizzjoni f’dan il-Ftehim mhux se jikkostitwixxi rinunzja ta’ tali dispożizzjoni jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra. Apple mhix se tkun responsabbli għal nuqqasijiet li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħha li jkunu attribwibbli, jew lilek, jew lil parti terza, jew f’każ ta’ avveniment ta’ forza maġġuri.
Inti taqbel li tikkonforma mal-liġijiet lokali, statali, federali u nazzjonali, u mal-istatuti, ordinanzi u regolamenti kollha li japplikaw għall-użu li tagħmel mis-Servizzi. L-użu li tagħmel mis-Servizzi jista’ jkun soġġett għal liġijiet oħra wkoll. Ir-riskju ta’ telf għat-Tranżazzjonijiet kollha li jseħħu elettronikament jgħaddi għall-akkwirent mat-trażmissjoni elettronika lir-riċevitur. L-ebda impjegat jew aġent ta’ Apple m’għandu l-awtorità li jvarja dan il-Ftehim.
Apple tista’ tinnotifikak fir-rigward tas-Servizzi billi tibgħat email fl-indirizz elettroniku tiegħek jew ittra permezz tas-servizz postali fl-indirizz postali tiegħek, jew billi tibgħatlek fuq is-Servizzi. L-avviżi għandhom isiru effettivi minnufih. Apple tista’ tikkuntattjak ukoll permezz ta’ email jew notifika push biex tibgħatlek informazzjoni addizzjonali dwar is-Servizzi.
Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim. Apple mhix meħtieġa li tipparteċipa, u m’għandhiex l-intenzjoni li tipparteċipa fi kwalunkwe proċess alternattiv ta’ soluzzjoni tat-tilwim. F’każ li tesperjenza problema, ikkuntattja lil Apple Support https://support.apple.com/contact.
B’dan qed tagħti lil Apple d-dritt li tieħu passi li Apple temmen li huma raġonevolment meħtieġa jew xierqa biex tiġi infurzata u/jew ivverifikata l-konformità ma’ kwalunkwe parti ta’ dan il-Ftehim. Inti taqbel li Apple għandha d-dritt, mingħajr responsabbiltà lejk, li tiżvela kwalunkwe dejta u/jew informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, uffiċjali tal-gvern, amministrazzjonijiet, qrati, u/jew parti terza, kif Apple temmen li huwa raġonevolment meħtieġ jew xieraq biex tinforza u/jew tivverifika l-konformità ma’ kwalunkwe parti ta’ dan il-Ftehim. Dan id-dritt jinkludi, mingħajr ma jkun limitat għalih, id-dritt ta’ Apple li tikkoopera ma’ kwalunkwe proċess legali relatat mal-użu tiegħek tas-Servizzi u/jew il-Kontenut, u/jew pretensjoni ta’ parti terza li l-użu tiegħek tas-Servizzi u/jew il-Kontenut huwa illegali u/jew jikser id-drittijiet ta’ tali parti terza).
Aġġornat l-Aħħar: 15 ta’ Settembru, 2025